Avviż legali


Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tieħu ħsieb dan is-sit web biex issaħħaħ l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha u bħala għodda ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni tkun xi tkun fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni hija:

  • ta’ natura ġenerali biss u mhijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
  • mhux neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata;
  • kultant marbuta ma’ siti esterni li fuqhom l-Aġenzija m’għandhiex kontroll u li għalihom l-Aġenzija ma tassumi l-ebda responsabbiltà;
  • mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat xieraq).

Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw l-interruzzjonijiet ikkawżati minn żbalji tekniċi. Madankollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkollux interruzzjonijiet jew li ma jiġix affettwat mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn il-problemi mġarrba b’riżultat tal-użu ta’ dan is-sit jew ta’ kwalunkwe sit estern konness miegħu.

Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Aġenzija jekk tikser kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha fir-rigward ta' materji li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.

It-traduzzjoni hija pprovduta miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni (CdT, il-Lussemburgu), abbażi tat-test oriġinali bl-Ingliż.

 

Avviż tad-drittijiet tal-awtur

© Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Ir-riproduzzjoni hi awtorizzata, diment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor.
Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.