In-netwerk tal-EU-OSHA tal-punti fokali nazzjonali huma vitali għall-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa. Il-punti fokali, li huma tipikament l-organizzazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ewlenija fil-pajjiż tagħhom, huma nnominati mill-gvern tagħhom biex isiru r-rappreżentanti uffiċjali tal-EU-OSHA. Huma jikkoordinaw il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa fuq livell nazzjonali.
Punti fokali jorganizzaw firxa wiesgħa ta' attivitajiet tal-kampanja, u huma jagħtu kontribut kbir lill-programmi ta' ħidma tal-Aġenzija b'mod aktar ġenerali. Huma jappoġġjaw l-inizjattivi tal-EU-OSHA b'informazzjoni u rispons, u jużaw in-netwerks tagħhom biex jinvolvu lir-rappreżentanti tal-gvernijiet u tal-ħaddiema u tal-impjegaturi.
Jekk trid tagħmel kuntatt mal-punt fokali nazzjonali tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna tal-pajjiż tiegħek t'hawn taħt.